Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri adottat id
Deċiżjoni 6-2019 dwar il-politika tad-data miftuħa u l-użu mill-ġdid ta’ dokumenti bl-objettiv li ttejjeb il-fluss ta’ informazzjoni bejn il-QEA u l-pubbliku ġenerali, u tiffaċilita l-użu mill-ġdid mifrux tal-informazzjoni (l-Artikolu 1).
F’dan il-kuntest, il-QEA ħadet l-impenn biex id-dokumenti li jinsabu fil-pussess tagħha tagħmilhom disponibbli fuq l-internet f’formats miftuħa u li jistgħu jinqraw mill-magni, kull meta jkun possibbli u xieraq.
Ir-rapporti inklużi f’din it-taqsima ġew ippubblikati flimkien ma’ settijiet tad-data prodotti f’konformità mad-deċiżjoni tal-QEA dwar id-data miftuħa. L-informazzjoni dwar id-data ppreżentata fir-rapport hija ppubblikata wkoll, inklużi, meta possibbli, is-sorsi tad-data u l-metodoloġiji u l-kalkoli applikati.
Id-data miftuħa li toriġina mill-QEA hija disponibbli wkoll mill-Portal tad-Data Miftuħa tal-UE f’
data.europa.eu, flimkien mas-settijiet tad-data minn istituzzjonijiet, korpi u aġenziji oħra tal-UE u minn Stati Membri tal-UE.