Yes
No

​Il-QEA toffri taħriġ lil kull wieħed u waħda mill-membri tal-persunal tagħha biex jimmassimizzaw it-talent tagħhom. Aħna nemmnu li t-tagħlim huwa proċess tul il-ħajja. Il-programm ta’ taħriġ tagħna jikkontribwixxi biex il-QEA ssir post tax-xogħol stimulanti intellettwalment b’membri tal-persunal motivati u mħarrġa sew li jservu lill-UE u liċ-ċittadini tagħha.

ECAcademy  

Il-katalgu tagħna tal-attivitajiet ta’ tagħlim ikopri firxa wiesgħa ta’ suġġetti. Xi wħud mill-korsijiet tagħna huma disponibbli wkoll għad-dinja ta’ barra permezz tal-portal ECAdemy tagħna.

Għall-awdituri tagħna li għadhom kif ġew reklutati, noffru programm ta’ induzzjoni ta’ tliet snin li jismu ASPIRE. ASPIRE ilu għaddej mill- . Fl- , nedejna programm ta’ segwitu ASPIRE Alumni, fejn żvilupp professjonali ulterjuri jiġi faċilitat taħt il-gwida ta’ Membru tal-QEA li jwettaq “mentoraġġ” għal kull grupp ta’ alumni.

L-awdituri tagħna jirċievu wkoll appoġġ biex jiksbu u jżommu kwalifiki professjonali. Lill-persunal tagħna noffrulu wkoll l-opportunità li jieħu sehem fi programmi akkademiċi postgradwatorji.

Il-konsulenti tal-karriera u l-mentors tagħna qegħdin għad-dispożizzjoni tal-persunal kollu tal-QEA, biex jipprovdu gwida fl-istadji kollha tal-karriera tiegħu.

Nirrikonoxxu u nippremjaw il-prestazzjoni permezz tar-responsabbilizzazzjoni, il-premjijiet għall-prestazzjoni u għall-ġestjoni tal-għarfien, il-programmi għall-iżvilupp tat-tmexxija, u opportunitajiet oħra ta’ tagħlim u żvilupp.

Il-QEA trawwem il-mobbiltà fl-organizzazzjoni kollha u tistimula r-rotazzjoni tal-persunal f’oqsma u responsabbiltajiet differenti. Il-politika ta’ rotazzjoni tal-persunal tagħna għandha l-għan li ssaħħaħ il-motivazzjoni, l-iżvilupp tal-karriera u l-kwalità tal-awditjar filwaqt li tippreserva l-indipendenza professjonali. Għall-persunal perm​anenti tagħna, il-mobbiltà bejn l-istituzzjonijiet tal-UE tippromwovi t-tagħlim u l-iżvilupp tul il-karriera.

Related documents