Yes
No

It-tibdil fil-klima ma għandux fruntieri nazzjonali u ma jistax jissolva b’azzjonijiet fil-livell nazzjonali jew f’dak lokali biss. Għalhekk huwa kruċjali li l-azzjoni dwar il-klima tiġi kkoordinata fl-UE kollha. L-għan tal-politika tal-UE dwar l-enerġija huwa li l-ekonomija tiġi ddekarbonizzata u tiġi żgurata siġurtà tal-provvista bi prezzijiet kompetittivi. Hija marbuta mill-qrib mal-politika dwar l-ambjent, li l-objettiv kumplessiv tagħha huwa li tipproteġi, tippreserva u ttejjeb l-ambjent għall-ġenerazzjonijiet tal-preżent u tal-futur.​