L-Unjoni Ewropea hija impenjata favur il-ħarsien tal-ambjent fid-dinja kollha, u dan l-impenn jinkludi l-politika ambjentali fi ħdan l-istituzzjonijiet tagħha. Bħala istituzzjoni tal-UE, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) għandha d-dmir li tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli billi tapplika l-prinċipji ta' ġestjoni ambjentali tajba fix-xogħol tagħha ta' kuljum.
Politika ambjentali
Fit-28 ta' Novembru 2014, il-QEA adottat politika ambjentali u b'hekk ifformalizzat il-parteċipazzjoni tagħha f'inizjattiva ta' ġestjoni ambjentali ta' kwalità għolja. Permezz ta' din il-politika, il-QEA timpenja lilha nfisha li:
tintroduċi miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju;
tippromwovi l-użu effiċjenti tal-enerġija u tieħu passi biex tnaqqas il-konsum tagħha tal-elettriku, tal-ilma u tal-karti;
tinkludi kriterji ambjentali fil-proċeduri tagħha ta' akkwist pubbliku;
tapplika l-aħjar prattiki fil-ġestjoni tal-iskart;
tħeġġeġ lill-persunal kollu biex jaġixxi b'mod sostenibbli u biex jikkontribwixxi b'mod attiv għall-ilħuq tal-objettivi ta' din il-politika.
Standard ambjentali ISO 14001:2015
| Il-QEA tikkonforma mar-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni tal-istandard tal-kwalità li sar qbil dwaru fuq livell internazzjonali ISO 14001:2015 (Sistema ta' ġestjoni ambjentali) u għandha ċ-ċertifikazzjoni uffiċjali ISO 14001. |
Skema ta' Ġestjoni u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS)
| Aħna nieħdu sehem fl-Iskema ta' Ġestjoni u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS), li hija għodda ta' ġestjoni għall-evalwazzjoni, ir-rappurtar dwar, u t-titjib fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet. Ksibna r-reġistrazzjoni tal-EMAS f'Marzu 2017, u noperaw b'suċċess f'sistema ta' ġestjoni ambjentali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-EMAS, kif emendat bir-Regolament (UE) 2017/1505, u mal-ISO 14001. Għal aktar informazzjoni, nitolbuk tara d-dikjarazzjoni ambjentali tal-QEA, ivvalidata minn verifikatur akkreditat, li fiha nippreżentaw ir-riżultati tal-prestazzjoni ambjentali tagħna u l-pjanijiet futuri għal titjib. |
Ċertifikat EMAS
Rapporti dwar l-Impronta tal-Karbonju tal-QEA
Fl-2014, il-QEA stabbiliet dijanjożi inizjali tal-emissjonijiet ta' gass serra li jiġi ġġenerat mill-attivitajiet tagħha, bl-għan li sistematikament tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta' CO2.
Il-bilanċ ta' CO2 tal-QEA jiġi ppubblikat kull sena biex isir monitoraġġ tal-isforzi tal-Qorti għat-tnaqqis tal-impronta tal-karbonju tagħha bħala parti mill-proġett usa' tal-EMAS u b'hekk tgħin biex jiġi rispettat l-impenn tal-UE lejn l-ambjent u biex jinkiseb l-għan tal-istrateġija Ewropa 2020 għat-tkabbir f'dak li jirrigwarda l-iżvilupp sostenibbli.
Attwalment il-QEA qed tħejji strateġija ta' kumpens għall-emissjonijiet tagħha ta' CO2.
Links relatati: