Ir-rapport annwali tal-attività jipprovdi ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati u l-kisbiet ewlenin tal-QEA matul is-sena, u jiddeskrivi l-iżviluppi prinċipali fl-ambjent tal-awditjar u fl-organizzazzjoni interna tagħha.
Ir-rapport tal-uffiċċjal awtorizzanti b’delega fih informazzjoni dwar il-ġestjoni tar-riżorsi tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u dwar l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħha. Huwa jipprovdi obbligu ta' rendikont tal-maniġment internament fi ħdan il-QEA, u kif ukoll esternament lill-awtoritajiet baġitarji: jintbagħat lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bħala parti mill-proċedura ta’ kwittanza annwali tal-baġit.
Ir-rapport dwar is-sostenibbiltà fih informazzjoni li hija ta’ interess għall-partijiet ikkonċernati istituzzjonali tagħna u għaċ-ċittadini tal-UE, dwar il-prattiki u l-imġiba tal-QEA b’rabta mas-sostenibbiltà. Huwa jagħti ħarsa ġenerali lejn l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-operazzjonijiet tagħna.