It-telfien tal-bijodiversità u tal-ħabitats tal-baħar jirrappreżenta
sfida kontinwa għall-ibħra Ewropej. F’dan ir-rapport, aħna
neżaminaw il-mod kif din l-isfida tiġi indirizzata mill-politiki u lprogrammi
ta’ nfiq ewlenin tal-UE f’partijiet tal-Atlantiku u tal-
Mediterran.
Filwaqt li hemm qafas fis-seħħ għall-protezzjoni tal-ambjent talbaħar,
l-azzjonijiet li ttieħdu mill-UE ma kinux ippermettew li libħra
jiġu restawrati għal status ambjentali tajjeb u lanqas li s-sajd
imur lura għal livelli sostenibbli fl-ibħra kollha. Ir-regoli tal-UE
dwar il-protezzjoni ma wasslux għall-irkupru ta’ ammont
sinifikanti ta’ ekosistemi u ħabitats; iż-Żoni tal-Baħar Protetti
jipprovdu protezzjoni limitata; id-dispożizzjonijiet għallkoordinazzjoni
tal-politika tas-sajd mal-politika dwar ilprotezzjoni
tal-baħar ftit li xejn jintużaw fil-prattika; u l-fondi
disponibbli li jintużaw għall-miżuri ta’ konservazzjoni huma
relattivament ftit.
Filwaqt li fl-Atlantiku kien hemm titjib li jista’ jitkejjel f’dak li
jirrigwarda l-istokkijiet tal-ħut, dan ma kienx il-każ fil-Mediterran.
Aħna nagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni biex
tindirizza dawn il-kwistjonijiet, flimkien mal-Istati Membri.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni
subparagrafu, TFUE.