Yes
No

​L‑UE tippjana l‑infiq tagħha f'diversi oqsma ta' politika abbażi ta' baġit fit‑tul, magħruf bħala l-“qafas finanzjarju pluriennali (QFP)". Skont il‑proposti tal‑Kummissjoni Ewropea li saru f'Lulju 2025, il‑baġit tal‑UE għall‑perjodu 2028–2034 se jammonta għal kważi EUR 2 triljun. Skont id‑dritt tal‑UE, il‑Qorti Ewropea tal‑Awdituri jeħtiġilha tiġi kkonsultata meta l‑kontenut tal‑proposti leġiżlattivi tal‑UE jkun ikollu impatt finanzjarju sinifikanti għall‑UE. Għalhekk ħriġna għadd ta' opinjonijiet dwar proposti speċifiċi relatati mal‑baġit tal‑UE għall‑perjodu 2028–2034.