26/01/2021
L-UE tistimola tassazzjoni ġusta u effettiva fis-Suq Uniku kollu, bit-taxxi
kollha jinġabru fejn ikunu dovuti. Aħna eżaminajna kif il-Kummissjoni
Ewropea qed timmonitorja l-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tassistema
għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa, u kif l-Istati
Membri qed jużaw l-informazzjoni skambjata. Sibna li s-sistema għalliskambju
ta’ informazzjoni dwar it-taxxa ġiet stabbilita sewwa, iżda
jeħtieġ li jsir aktar f’termini ta’ monitoraġġ, żgurar tal-kwalità tad-data u
użu tal-informazzjoni li tkun waslet. Aħna nirrakkomandaw li l-
Kummissjoni ssaħħaħ il-kopertura tal-qafas leġiżlattiv tal-UE u
tiżviluppa monitoraġġ u gwida. Nirrakkomandaw ukoll li l-Istati Membri
jagħmlu użu aħjar mill-informazzjoni li jirċievu.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni subparagrafu,
TFUE.
Rapport Speċjali 03/2021: L-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-taxxa fl-UE: sies sod, xquq fl-implimentazzjoni
8 MB
|