29/11/2022
L-istatistika uffiċjali hija ben pubbliku, u hija essenzjali biex tgħin
lil dawk li jfasslu l-politika, lin-negozji u liċ-ċittadini jaslu għal
deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza. Fl-2012, aħna ppubblikajna
rapport speċjali dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea, iżda
fl-2016, sibna li xi azzjonijiet ta’ titjib miftiehma ma kinux ġew
implimentati bis-sħiħ. F’dan l-awditu, eżaminajna jekk
il-Kummissjoni tipprovdix statistika Ewropea ta’ kwalità għolja, u
l-konklużjoni tagħna hija li l-kwalità ġenerali tal-istatistika hija
suffiċjenti għall-partijiet ikkonċernati. Madankollu, identifikajna
għadd ta’ dgħufijiet li għadhom iridu jiġu indirizzati. Nagħmlu
diversi rakkomandazzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tal-istatistika
Ewropea. Dawn jinkludu: issodisfar aħjar tal-ħtiġijiet tal-utenti,
prijoritizzazzjoni tal-finanzjament mill-UE għal proġetti
innovattivi, titjib tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistika
Ewropea, u li titqies mill-ġdid il-prattika attwali tar-rilaxx qabel
tal-istatistika qabel il-ħin.
Rapport speċjali tal-QEA skont l-Artikolu 287(4), it-tieni
subparagrafu, TFUE.
Rapport Speċjali 26/2022: Statistika Ewropea – Potenzjal għal aktar titjib tal-kwalità
3 MB