Dan ir-rapport analitiku jipprovdi analiżi
komparattiva tal-fondi taħt il-politika ta’ koeżjoni
u tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF).
Iż-żewġ strumenti għandhom similaritajiet
konsiderevoli, iżda huma wkoll differenti f’ħafna
aspetti. Il-politika ta’ koeżjoni hija l-politika
prinċipali ta’ investiment ta’ terminu twil tal-UE
biex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u
territorjali, filwaqt li l-RRF hija għodda ad hoc u
temporanja ta’ “rispons għall-kriżijiet”. Hija
għandha l-għan li ttaffi l-impatt tal-pandemija tal-
COVID-19 fuq l-ekonomija tal-UE u li ssaħħaħ irreżiljenza
tal-UE u tal-Istati Membri tagħha għal
xokkijiet futuri.
Kemm il-fondi taħt il-politika ta’ koeżjoni
2021-2027 kif ukoll l-RRF għadhom fl-istadji bikrija
tal-implimentazzjoni tagħhom. Fis-snin li ġejjin, ittnedija
simultanja taż-żewġ strumenti se turi kif lapproċċi
differenti tagħhom jilħqu l-objettivi
rispettivi tagħhom.