Illum, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) irrevediet il-programm ta’ ħidma tagħha għall-2020
biex tbiddel il-fokus ta’ xogħolha lejn aspetti li huma relatati mal-COVID-19: hija aġġustat lambitu,
l-approċċ u t-twaqqit ta’ għadd ta’ kompiti li jinsabu għaddejjin bħalissa u, minbarra dan,
iddeċidiet li ma tkomplix xi wħud mill-kompiti li fil-bidu kienu ppjanati li jibdew fl-2020. L-awditur
estern tal-UE żied ukoll żewġ rapporti analitiċi ġodda fil-programm: wieħed dwar il-kontribut li l-
UE tat għas-saħħa pubblika, u ieħor dwar ir-reazzjoni tagħha għall-pandemija tal-coronavirus fillivell
tal-politika ekonomika. L-għan taż-żewġ rapporti analitiċi huwa li jingħata kontribut għaddiskussjoni
pubblika dwar kif l-UE u l-Istati Membri ttrattaw l-effetti tal-pandemija. Minbarra
dan, huma se jagħtu kontribut għall-eżerċizzju ta’ tagħlimiet meħuda u għad-dibattitu dwar irrwol
tal-UE u tal-korpi tagħha matul din il-kriżi u matul il-kriżijiet tal-ġejjieni.
Il-pandemija tal-COVID-19 irriżultat fi sfidi mingħajr preċedent għall-UE u għall-Istati Membri
tagħha, u fuq firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika. Il-QEA rrevediet il-programm tagħha biex tiżgura
li xogħolha fl-2020 jirreaġixxi għal dawn l-isfidi sa fejn ikun possibbli u b’mod flessibbli. Fejn kien
xieraq, l-awdituri biddlu l-ambitu tal-kompiti tagħhom li kienu jinsabu għaddejjin, u aġġustaw lapproċċ
u l-iskeda ta’ żmien biex jieħdu kont ta’ ċirkustanzi li kienu nbidlu u li kienu qed jinbidlu.
Huma ddeċidew ukoll li ma jkomplux erba’ kompiti, u li jżidu żewġ rapporti analitiċi b’fokus
speċifiku fuq il-kriżi tal-COVID-19.
“Il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll korpi oħra tal-UE u korpi nazzjonali li huma responsabbli millimplimentazzjoni
tal-politiki u l-programmi tal-UE għadhom qed joperaw fi stat ta’ kriżi. Aħna
nifhmu r-restrizzjonijiet li attwalment dawn qed jiltaqgħu magħhom meta jiġu biex jittrattaw lawditi,
u l-awdituri tagħna se joqogħdu ferm attenti biex ma jżidulhomx piż eċċessiv u biex ma
jikkompromettux ix-xogħol urġenti tagħhom rigward ir-reazzjoni tagħhom għall-kriżi,” qal
Klaus-Heiner Lehne, il-President tal-QEA. “B’din ir-reviżjoni tal-programm ta’ ħidma tagħna fiddawl
tal-COVID-19, aħna nixtiequ niżguraw li l-awditi u r-rapporti analitiċi tagħna se jagħtu
kontribut għad-diskussjoni pubblika dwar kif l-UE u l-Istati Membri tagħha ttrattaw l-effetti talpandemija.”