L-aċċessibbiltà għall-web għandha l-għan li tgħin lil utenti b’diżabbiltajiet biex jaċċessaw informazzjoni u funzjonijiet disponibbli fuq l-Internet. Sabiex joffru lil kulħadd – sew dawk b’diżabbiltajiet u sew dawk mingħajrhom – l-aħjar esperjenza ta’ browsing possibbli, is-siti għandhom jiġu ddisinnjati u żviluppati b’mod korrett. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ssegwi standards tal-aċċessibbiltà għall-web: reċentement, is-sit web tagħha sar kompletament risponsiv, fuq il-bażi ta’ analiżi bir-reqqa tal-livell kumplessiv ta’ aċċessibbiltà tiegħu li saret, fl-aħħar xhur tal-2014, minn kumpanija ta’ konsulenza esterna li għandha ċertifikazzjoni ISO.
Wara dan ir-rapport komprensiv, il-QEA ħadet il-miżuri kollha possibbli biex is-sit web tagħha jikkonforma mal-verżjoni 2.0 tal-Linji Gwida għall-Aċċessibbiltà għall-Kontenut tal-Web (WCAG 2.0) [mhux disponibbli bil-Malti].
Bħalissa, is-sit web kollu jissodisfa r-rekwiżiti għal konformità parzjali mal-Livell AA.
Il-QEA timmonitorja kostantement il-livell kumplessiv ta’ aċċessibbiltà tas-sit web tagħha. Minħabba fil-frekwenza għolja ta’ aġġornamenti tal-kontenut tal-web u minkejja l-isforzi biex il-paġni web kollha jinżammu aċċessibbli u faċli għall-utent kemm jista’ jkun, xi viżitaturi jistgħu, okkażjonalment, jiltaqgħu ma’ problemi ta’ aċċessibbiltà matul il-browsing fuq is-sit web. F’dan il-każ, jekk jogħġbok
ikkuntattjana. Jekk jogħġbok innota li vidjos u dokumenti PDF fuq xi paġni għadhom mhumiex ottimizzati għall-aċċessibbiltà.
Bażi legali
Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti (CRPD) [mhux disponibbli bil-Malti]
Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) mill-Unjoni Ewropea [PDF] [mhux disponibbli bil-Malti].
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aċċessibbiltà tas-siti web tal-korpi tas-settur pubbliku [mhux disponibbli bil-Malti].