Cookies – il-ħażna tal-informazzjoni fil-kompjuter tiegħek
X’inhuma cookies?
Biex l-esperjenza tiegħek tal-ibbrawżjar tkun tajba kemm jista’ jkun, aħna npoġġu fajl żgħir ta’ data fil-kompjuter tiegħek, magħruf bħala cookie. Il-biċċa l-kbira tal-websajts il-kbar jew tal-fornituri tas-servizz tal-internet jagħmlu dan ukoll. Il-cookies jgħinu lis-sit biex jiftakar is-settings tiegħek – il-lingwa, id-daqs tal-tipa u preferenzi oħra dwar kif inti trid tara s-sit fuq il-kompjuter tiegħek - biex inti ma jkollokx toqgħod terġa’ tissettjahom kull darba li terġa' tmur lura fis-sit.
Din il-websajt tuża biss il-cookie tal-lingwa, li tiftakar l-għażla tal-lingwa tiegħek għal kwalunkwe żjara futura lil dan is-sit sa żmien sena (jekk inti taċċettaha) jew inkella biss matul is-sessjoni attwali ta’ bbrawżjar, jiġifieri cookie tas-sessjoni (jekk inti tirrifjutaha).Il-cookie tagħna ma tintużax biex nidentifikawk personalment.
Hija qiegħda hemm biss biex is-sit ikun jista’ jiffunzjona aħjar għalik.
Inti kif tista’ tikkontrolla l-cookies?
Inti tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq int – għad-dettalji, ara AboutCookies.org.
Inti tista’ tħassar il-cookies kollha li diġà jkunu fil-kompjuter tiegħek u tista tissettja l-biċċa l-kbira tal-brawżers biex jibblokkjawhom milli jitpoġġew. Iżda jekk tagħmel dan, jista’ jkun li jkollok toqgħod tissettja xi preferenzi manwalment kull darba li inti żżur is-sit. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma tuża l-cookies għall-ebda skop ieħor minbarra dawk ippreżentati hawnhekk u ma tużahom biex tiġbor l-ebda data personali għall-ebda skop ieħor.
Links relatati