Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), li hija l-awditur estern tal-Unjoni Ewropea, hija
impjegatur li jħaddan il-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs. Il-prinċipju ta’
opportunitajiet indaqs huwa minqux fil-leġiżlazzjoni li fuqha x-xogħol tal-UE huwa
bbażat, notevolment fl-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, li jipprojbixxi
diskriminazzjoni bbażata fuq kull raġuni (bħall-ġeneru, razza, kulur, oriġini etnika jew
soċjali, fatturi ġenetiċi, ilsien, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kull opinjoni
oħra, sħubija f’minorità minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età, jew
orjentazzjoni sesswali. Il-prinċipju jqis ukoll li l-ugwaljanza sħiħa bejn irġiel u nisa fuq ilpost tax-xogħol hija essenzjali.
L-impenn tal-QEA favur opportunitajiet indaqs jidher ukoll fil-Linji Gwida dwar l-Etika
tagħna (id-Deċiżjoni Nru 66-2011), li jiddikjaraw li aħna se nevitaw kwalunkwe forma
ta’ diskriminazzjoni u se nikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ politika ta’
opportunitajiet indaqs għall-persunal kollu. L-istess Linji Gwida jiddikjaraw ukoll li lmembri u l-maniġers għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li l-persunal kollu jingħata
trattament indaqs u opportunitajiet indaqs fl-iżvilupp professjonali tiegħu.
Minbarra li tiggarantixxi opportunitajiet indaqs għall-persunal tagħha, il-QEA hija
impenjata li tqiegħed politika dwar id-diversità u l-inklużjoni fis-seħħ. L-intenzjoni hija
li jinħoloq ambjent tax-xogħol divers u kultura inklużiva li fiha kulħadd iħossu apprezzat
u kapaċi jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu.
“Din il-politika dwar id-diversità u l-inklużjoni hija parti importanti
mill-għanijiet strateġiċi tal-QEA għall-perjodu 2021-2025. Hija tibni
fuq ir-riżultati ta’ pjanijiet ta’ azzjoni preċedenti biex titwitta t-triq
lejn post tax-xogħol aktar divers, aktar flessibbli u, fl-istess ħin, aktar
ekwu fejn it-talent ta’ kulħadd ikollu l-aħjar opportunità biex jirnexxi.
Il-mexxejja għandhom rwol ewlieni biex bis-saħħa tagħhom dan
iseħħ; permezz tal-impenn tagħna, nistgħu nagħtu eżempju għallbqija tal-organizzazzjoni. Għalhekk, huwa l-kompitu tagħna li lbenefiċċji ta’ kultura diversa u inklużiva jsiru apparenti għal
kulħadd.”
Zacharias Kolias, Is-Segretarju Ġenerali, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Links relatati