Introduzzjoni
Il-proċedura tal-offerti u l-metodi pubbliċitarji xierqa jintgħażlu abbażi tal-ammonti previsti għall-kuntratti; attwalment dawn huma kif ġej:
Valur tal-offerta |
Proċedura minima meħtieġa |
Pubbliċità |
≤ EUR 15 000 |
Proċedura nnegozjata ma' fornitur uniku tas-servizzi |
Ebda pubbliċità |
> EUR 15 000 sa
≤ EUR 60 000
|
Proċedura nnegozjata b'mill-inqas 3 fornituri tas-servizzi |
Il-paġna web tal-QEA |
> EUR 60 000 sa < s-soll tad-Direttiva (attwalment EUR 144 000 għas-servizzi/fornimenti u EUR 5 548 000 għax-xogħlijiet)
|
Proċedura nnegozjata ma' mill-inqas 5 fornituri tas-servizzi, jew
Sejħa għal espressjonijiet ta' interess (CEI), proċedura ristretta jew miftuħa |
Il-paġna web tal-QEA
TED |
≥ is-soll tad-Direttiva (fornimenti/servizzi > EUR 144 000 u xogħlijiet > EUR 5 548 000) |
Proċedura miftuħa jew proċedura ristretta b'avviż dwar kuntratt ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali (TED) |
TED (eTendering) u l-paġna web tal-QEA |
> EUR 60 000 b'ebda limitu superjuri – hekk imsejħa servizzi ta' reġim żgħir |
Proċedura kompetittiva permezz tan-negozjati |
TED (eTendering) u l-paġna web tal-QEA |
Proċeduri Proċeduri nnegozjati b'valur stmat ta' bejn > EUR 15 000 u < s-soll tad-Direttiva
Il-proċeduri nnegozjati kollha previsti mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-firxa ta' bejn > EUR 15 000 u < s-soll tad-Direttiva (fornimenti/servizzi < EUR 144 000 u xogħlijiet < EUR 5 548 000) huma ppubblikati hawn taħt. Ara: Pubbliċità ex ante għal kuntratti ta' valur baxx u ta' valur medju:
Din il-previżjoni mhija vinkolanti fuq il-Qorti b'ebda mod. Barra minn hekk, proċeduri oħra ta' akkwist jistgħu jitwettqu ad hoc skont il-ħtiġijiet tal-Qorti.
Jekk inti interessat fi kwalunkwe waħda mill-proċeduri skedati jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil: ECA-Procurement.Service@eca.europa.eu u agħti l-informazzjoni li ġejja: is-suġġett tal-proċedura tal-offerta, l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta' kuntatt tal-kumpanija tiegħek.
Proċeduri tal-offerti b'valur stmat li huwa 'l fuq mis-soll tad-Direttiv
Il-proċeduri kollha tal-offerti b'valur stmat li huwa 'l fuq mis-soll tad-Direttiva (fornimenti/servizzi ≥ EUR 144 000 u xogħlijiet ≥ EUR 5 548 000) issirilhom pubbliċità f'Il-Ġurnal Uffiċjali (TED), li huwa s-sors primarju ta' informazzjoni dwar proċeduri kbar ta' akkwist pubbliku.
Nitolbuk tinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ma toħroġx kopji stampati tad-dokumentazzjoni tal-offerti. Id-dokumentazzjoni neċessarja kollha hija disponibbli elettronikament fuq dan is-sit web u fuq eTendering permezz tal-link ipprovduta fl-avviż dwar kuntratt (il-punt I.3).
Jekk issib problema biex tniżżel dokumenti, jekk jogħġbok ibgħat e-mail lil ECA-Procurement.Service@eca.europa.eu u indika n-numru ta' referenza u t-titolu tal-proċedura tal-offerta li tinteressak.
Barra minn hekk, nitolbuk tinnota li spjegazzjonijiet li jikkonċernaw id-dokumentazzjoni u/jew kwalunkwe emenda jistgħu jiġu ppubblikati matul il-perjodu ta' żmien li huwa permess għall-preżentazzjoni ta' offerti. Kull informazzjoni addizzjonali tkun disponibbli fuq eTendering biss u tkun aċċessibbli permezz tal-link ipprovduta fl-avviż dwar kuntratt (il-punt I.3), b'hekk huwa ferm irrakkomandat li l-offerenti jikkonsultawh regolarment billi informazzjoni addizzjonali tista' tiżdied fi kwalunkwe ħin sad-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-offerti.