Biex nibqgħu fuq quddiem nett tal-iżviluppi fil-qasam tal-awditjar tas-settur pubbliku, aħna nippjanaw l-iżvilupp strateġiku u l-prijoritajiet tal-awditjar tagħna minn qabel. L-objettivi ċentrali tagħna huma stabbiliti fi strateġiji pluriennali.
Fi ħdan il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), aħna adottajna l-istrateġija l-ġdida tagħna għall-ħames snin li ġejjin.
L-istrateġija tagħna tibni fuq il-kisbiet li saru sa issa u se tiggwida x-xogħol tagħna bħala l-awditur indipendenti estern tal-UE sal-2025.
Konxji tal-isfidi li l-UE qed tiffaċċja, aħna se nissodisfaw ir-rwol tagħna biex nagħmlu l-kontribut tagħna għal Unjoni Ewropea aktar reżiljenti, sostenibbli u ġusta.
L-istrateġija tagħna għall-perjodu 2021-2025 tippreżenta l-mod kif biħsiebna nagħmlu dan billi nsegwu tliet għanijiet strateġiċi:
- Għan 1: Isir titjib f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ rendikont, it-trasparenza u l-arranġamenti tal-awditjar f’kull tip ta’ azzjoni li tittieħed mill-UE;
- Għan 2: L-awditi li nwettqu jiġu mmirati lejn l-oqsma u s-suġġetti fejn aħna nistgħu nipprovdu l-aktar valur miżjud; u
- Għan 3: L-għoti ta’ aċċertament qawwi tal-awditjar f’ambjent diffiċli u li qed jinbidel.
Barra minn hekk, l-istrateġija tagħna għall-perjodu 2021-2025 tippreżenta wkoll il-valuri, il-missjoni u l-viżjoni tagħna kif ukoll ħarsa ġenerali lejn il-mezzi li se jgħinuna biex nilħqu l-għanijiet strateġiċi tagħna.
L-istrateġija tagħna għall-perjodu 2021-2025 u strateġiji preċedenti huma aċċessibbli hawn taħt: