Bħala l-gwardjan tal-finanzji tal-UE, aħna fil-Qorti Ewropea tal-Awdituri nemmnu li l-funzjonament tal-istituzzjoni tagħna għandu jkun trasparenti. Dan ifisser li aħna niddivulgaw informazzjoni dwar it-tmexxija u l-attivitajiet tagħna, u li nippubblikaw ir-riżultati tax-xogħol tal-awditjar tagħna. B'dan il-mod, aħna nistgħu ngħinu liċ-ċittadini biex jifhmu aħjar kif nissodisfaw ir-rwol tagħna u nippromwovu governanza finanzjarja soda billi nżommu responsabbli lil dawk li jimmaniġġjaw il-baġit tal-UE.
Il-paġni f'din it-taqsima u l-links ta' hawn taħt jipprovdu l-informazzjoni neċessarja kollha dwar it-trasparenza fil-QEA.
Hawn tistgħu tikkonsultaw il-kalendarju tal-laqgħat tal-QEA (bl-Ingliż).
Hawn tistgħu tikkonsultaw il-missjonijiet tal-Membri tal-QEA (bl-Ingliż).