No
No
 

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tilqa’ gruppi ta’ żjara li jixtiequ jsiru jafu aktar dwar ir-rwol u x-xogħol tagħha.

Talbiet għal żjarat iridu jsiru mill-anqas xahrejn minn qabel u jindikaw ir-raġunijiet għaż-żjara u s-suġġetti tal-akbar interess. Għal raġunijiet ta’ sigurtà u ta’ spazju, il-QEA ma tistax takkomoda gruppi akbar minn 40 persuna. Il-viżitaturi jrid ikollhom 14-il sena jew aktar.

Iż-żjarat ikunu ta’ bejn siegħa u siegħa u nofs u jinvolvu preżentazzjoni minn uffiċjal tal-QEA dwar ir-rwol u t-tħaddim tal-istituzzjoni, segwita minn diskussjoni.

Iż-żjarat huma organizzati mis-Servizz Avvenimenti u Protokoll.

Jekk inti interessat iżżur il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jekk jogħġbok imla l-formola ta’ hawn taħt: