Bħala parti mill-missjoni tagħha biex ittejjeb il-ġestjoni finanzjarja tal-UE u tippromwovi l-obbligu ta' rendikont u t-trasparenza fl-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) torganizza avvenimenti li għandhom dawn il-finijiet.
Aħna norganizzaw kemm sessjonijiet ta' ħidma tekniċi relatati mal-awditjar kif ukoll konferenzi internazzjonali li għandhom l-għan li jiżviluppaw aktar l-oqsma ta' nfiq tal-UE li nawditjaw.
Il-links elenkati hawn taħt jipprovdu informazzjoni dwar il-konferenzi u s-sessjonijiet ta' ħidma l-aktar reċenti, li ġew organizzati mill-QEA.